Luqa Abbatini

Live-In 2009

Il-Live-In għal din is-sena ser isir ġewwa ll-Qajjenza B'Bugia mill-5 sas-7 ta' Awwissu. Kif tafu meta tkun abbati mhux biss taghti s-servizz tieghek waqt il-quddies imma wkoll tkun tista tattendi ghall-hargiet, fosthom xi gurnata bahar kull ġimgħa, xi BBQ, xi ġurnata Għawdex u anke l-Live-In.

Fil-Live-In tas-sena li għaddiet kellna sessjonijiet ta' taghlim u xi power point presentations dwar is-self esteem. Ovvjament ma naqasx id-daqq tal-muzika! Sajjarna ukoll ahna kif ukoll kellna BBQ u night hike.

Kif qed taraw waqt il-Live-In niehdu gost u nitghallmu grazzi ghall-preparazzjoni li jaghmlu l-Kappillan u l-Vici Kappillan flimkien ma' uhud mill-abbatini.

Ghalhekk inheggukom isiru abbatini u dawk li diga' joffru s-servizz inheggukom tattendu ghall-Live-In ta' din is-sena. Grazzi specjali jmur lil familja Spiteri li joffru l-post taghhom biex isir dan il-Live-In.

BBQ - 22 ta' Lulju

Nhar l-Erbgha 22 ta' Lulju kellna BBQ gewwa Ghar Lapsi flimkien mal-Kappillan, Fr. David u s-seminaristi Andrew Schembri u Robin Camilleri. Bhala numru ta' abbatini li attendew din il-harga konna madwar dsatax-il abbati. Qabel il-BBQ ahna ghumejna ftit imma imbagħad tlajna għall-BBQ. Luke Grima flimkien mas-seminarista Andrew sajru.Benyon Borg ghen biex ilesti l-affarjiet l-ohra. Hafna mill-abbatini laghbu loghba futbol kontra xi tfal minn barra ir-rahal!

Gurnata Bahar- 16 ta' Lulju

Fis-sittax ta' Lulju l-abbatini marru sa Għar Lapsi. Din kienet l-ewwel darba għal dan is-sajf li l-abbatini marru jgħumu. F'Għar Lapsi huma qagħdu jaqbżu, jgħumu u jgħodsu taħt l-ilma, huma għamlu ukoll water fight żgħira flimkien ma' Fr.David. X'ħin sar il-ħin u konna sejrin lura il-Kappillan xtralna ukoll xi ġelat u ovjament ħadt ma qal le. X'ħin sar il-ħin ridna imorru lura id-dar għal avolja ħadt ma ried immur. Issa nerġgħu imorru sa Għar Lapsi nhar il-Erbgħa 22 ta' Lulju fejn se jkollna BBQ.

Laqgha tal-Vokazzjonijiet

Il-laqgha tal-Vokazzjonijiet li saret din il-gimgha kienet dwar San Pawl. Fil-bidu kelna ftit taghrif dwaru u wara kelna slideshow li waqtu kienet ghaddejja spjegazzjoni fuq San Pawl.

Minkejja li konna ftit tfal hadna gost xorta imma nixtiequ li aktar abbatini jattendu ghal dawn il-laqghat importanti.

Il-laqgha tmexxiet minn Mark.

Keith Grima